Malta – Statement by the President of Malta George Vella

Reading Time: 2 minutes

The President of Malta, Dr George Vella issued a statement on the latest development in Malta. He said that with deep concern and sorrow he followed the latest developments as they were evolving and acted in full respect with Constitution of the country.

The President explained that the decisions related to the pardons requested were also done in full respect to the constitution’s obligations, the advise of the Attorney General and the Police Commissioner and private advisors.

He stressed that he kept silent to ensure that justice could take its course.

He said, that following the latest developments on the case of the murder of Daphne Caruana Galizia, one should allow the organs of justice, the police and courts do their job.

The President appealed for calm and unity the current situation, and following the announcement of the process which should lead to the appointment of a new Prime Minister, all those who have administrative and institutional responsibilities act in a responsible way, without fear or favour.

The President said that the current situation in Malta is abnormal and unprecedented and the Maltese are called to show the maturity of society and the strength of democracy.

 

Full statement in Maltese follows. 

Matul l-aħħar ġimgħat, l-Eċċellenza Tiegħu l-President George Vella, b’sogħba u bi preokkupazzjoni kbira, kien qed isegwi minuta b’minuta dak kollu li kien għaddej b’konnessjoni mal-investigazzjoni tal-każ tal-assassinju tas-Sinjura Daphne Caruana Galizia u l-iżviluppi fil-qasam politiku.

F’diversi okkażjonijiet, matul dan il-perjodu, l-Eċċellenza Tiegħu kellu diskussjonijiet f’laqgħat kemm mal-Prim Ministru kif ukoll mal-Kap tal-Oppożizzjoni.

Meta l-Eċċellanza Tiegħu intalab biex jagħti l-maħfra presidenzjali aġixxa strettament kif titlob il-Kostituzzjoni, wara konsultazzjoni mal-Kummissarju tal-Pulizija, l-Avukat Ġenerali kif ukoll pariri minn konsulenti privati.

L-Eċċellenza Tiegħu żamm is-silenzju biex iħalli l-ġustizzja tieħu triqtha. Skont il-Kostituzzjoni ta’ pajjiżna, il-poteri tal-President f’każi bħal dawn ma jmorrux aktar ‘il bogħod minn hekk.

Issa li l-każ tal-qtil tas-Sinjura Caruana Galizia żviluppa sal-punt li tressqu aktar persuni quddiem il-Qrati akkużati b’ dan il-qtil orribbli, l-Eċċellenza Tiegħu jisħaq li għandna nħallu l-organi tal-ġustizzja, il-Pulizija u l-Qrati jkomplu jagħmlu xogħolhom.

F’dan l-istadju u in vista tal-fatt li l-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar id-data tar-riżenja tiegħu, l-Eċċellenza Tiegħu jħoss li għandu l-ewwel u qabel kollox jappella għall-kalma f’pajjiżna.

L-Eċċellenza Tiegħu jappella li kull min għandu responsabilitajiet istituzzjonali jew amministrattivi biex jerfa’ r-responsabilitajiet tiegħu, speċjalment f’dan il-perjodu ta’ tranżizzjoni u ma jħares lejn wiċċ ħadd.

L-Eċċellenza Tiegħu jittama li ssir ġustizzja biex kull min kien involut f’dan l-att atroċi, li tefa’ tebgħa sewda fuq il-kuxjenza nazzjonali jieħu dak li ħaqqu.

F’dan il-mument partikolari, l-Eċċellenza Tiegħu jħoss li għaddejjin minn żminijiet diffiċli, imma jekk inżommu l-kalma u l-għaqda noħorġu minnhom bl-anqas dannu possibbli għas-soċjetà Maltija u għal pajjiżna.

Dawn mhumiex żminijiet normali u dak li qiegħed iseħħ huwa bla preċedent. Huwa f’dan il-mument li rridu nuru l-maturità tas-soċjetà Maltija u s-saħħa tad-demokrazija.

Office of the President of Malta

%d bloggers like this: